Tirrealizza kemm hi gravi s-sitwazzjoni tat-traffiku f’pajjiżna, meta tant iddum wieqaf quddiem supermarket, li l-mobajl jitolbok tagħti l-punti dwar l-esperjenza tiegħek fl-istabbiliment kummerċjali li tkun wieqaf quddiemu.
Hekk ġralu sewwieq li għamel ħin tant twil wieqaf bil-karozza qrib supermarket partikulari, li l-mobajl talbu jagħti rating dwar l-istabbiliment konċernat.
Kieku mhux daqstant frustranti, s-sitwazzjoni tkun tad-daħk.

Jidher li x-xogħlijiet fit-toroq saru bla pjan biex ikun assigurat li ma jinħoloqx inkonvenjent bla bzonn, tant li t-traffiku sar kostanti tista’ tgħid kullimkien u l-ħin kollu.
//= $special ?>