Internazzjonali

Boris Johnson u t-tavolina

Ritratt tal-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson b’siequ fuq tavolina waqt laqgħa mal-President Franċiż Emmanuel Macron nissel mijiet ta’ eluf ta’ kummenti fuq il-media soċjali.

Iżda jidher li din id-darba Johnson m’għaffiġiex bħal ma ħasbu ħafna għall-ewwel hekk kif jidher li kien il-President Franċiz li bdieha meta qal lill-Prim Ministru Ingliż li l-mejda li kellhom quddiemu setgħet tintuża wkoll biex wieħed iserraħ saqajh fuqha. U Johnson malajr kompla miegħu.

Fost il-ħafna kritika kien hemm min staqsa x’kien jiġri kieku xi ħadd għamel xi ħaġa simili f’Buckingham Palace. Post oħra qalet li hu ċar li Eton ma jgħallmux manjieri, filwaqt li kumment minn xi ħadd Franċiz iddeskriva l-mossa bħala “klassi Brittanika stil BoJo” f’ referenza għal Boris Johnson u staqsa min jaf x’taħseb ir-Reġina dwar dan.