Futbol Sport

Borussia Dortmund jirbħu lejn it-tmiem u jiksbu t-tieni rebħa fil-Bundesliga

(Ritratt: EPA)

Borussia Dortmund kisbu t-tieni rebħa minn żewġ logħbiet fil-Bundesliga b’rebħa ta’ 3-1 kontra Cologne barra minn darhom. Il-gowls tar-rebħa waslu fl-aħħar 20 minuta, b’Cologne joffru oppożizzjoni denja li iżda ma kinitx biżżejjed.

Dominick Drexler poġġa lil Cologne minn fuq fid-29 minuta meta kompla għal ġewwa b’daqqa ta’ ras mit-tieni lasta wara korner. Borussia Dortmund ġabu d-draw fis-70 minuta biż-żagħżugħ Ingliż Jadon Sancho jiskorja b’xutt fil-baxx għar-rokna.

It-tim ta’ Lucien Favre mar fil-vantaġġ fis-86 minuta bi kross mil-lemin ta’ Lukasz Piszczek isib lil Achraf Hakimi li skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin. Fl-attentati ta’ Cologne li jġibu d-draw huma sofrew ieħor fl-aħħar sekondi tal-logħba f’kontrattakk li minnu Sancho qassam lejn Paco Alcacer li kompla għal ġewwa.

Bundesliga

Il-Ġimgħa: Cologne v Borussia Dortmund 1-3

Is-Sibt: Mainz v Borussia Monchengladbach 3.30pm, Augsburg v Union Berlin 3.30pm, Fortuna Dusseldorf v B. Leverkusen3.30pmm Paderborn v Freiburg 3.30pm, Hoffenheim v Werder Bremen  3.30pm, Schalke v Bayern Munich 6.30pm

Għada: Leipzig v E. Frankfurt 3.30pm, H. Berlin v Wolfsburg 6.00pm