Għall-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera hi “ħaġa ovvja” li għandhom jitwessgħu it-toroq … minkejja li dan qed iwassal biex il-Gvern jaqta’ u jqaċċat is-siġar.
Ironikament, il-Ministru Herrera għażel spazju fid-dell taħt is-siġar biex jipprova juri d-dispjaċir li jħoss meta jinqatgħu s-siġar.
Dan meta kollega tiegħu fl-istess Gvern Laburista qed ikun fil-mira ta’ kritika minn għadd ta’ ambjentalisti talli qed jagħżel it-triq faċli tal-qtugħ u t-tqaċċit tas-siġar bl-iskuża tal-iżvilupp meħtieġ biex jitwessgħu t-toroq.
Iżda fl-istess waqt, qal lil NET News li bil-fors hekk irid isir biex ikun jista’ jsir l-investiment fl-infrastruttura tat-toroq Maltin.
Jose Herrera pprova jiġġustifika billi qal li se jkunu qed jitħawlu aktar siġar f’postijiet oħra għal dawk li qed jitqaċċtu.
Iżda meta għidnilu li siġra li titħawwel issa hi ferm differenti minn waħda li tkun ilha hemm, il-Ministru stenna li ngħidulu aħna kif għandu jwessa’ t-toroq.
Il-Ministru tal-Ambjent tenna li jekk il-qtugħ tas-siġar ma jsirx, wieħed mhux se jkun jista’ jsuq fit-toroq Maltin f’temp ta’ għaxar snin oħra minħabba l-ammont tat-traffiku.
//= $special ?>