Lokali

Jiżdied bi 12% is-self tal-kotba mill-libreriji pubbliċi

Fl-2018 f’pajjiżna, il-librerija pubbliċi selfu 1,022,356 ktieb – żieda ta’ 111,370 ktieb – jew 12.2% iktar mill-2017.

Ħad-Dingli, Ħ’Attard u l-Imtarfa huma t-tliet lokalitajiet bl-ogħla rata ta’ żieda f’self ta’ kotba minn libreriji pubbliċi, b’74, 52 u 48 fil-mija rispettivament.

Dan ħareġ minn statistika tal-NSO li qal ukoll li l-aktar lokalitajiet li raw tnaqqis kienu l-Isla, Kerċem Għawdex u l-Kalkara, bi tnaqqis ta’ 48, 28 u 18 fil mija rispettivament.

Fl-2018 żdiedu 36,369 ktieb fil-libreriji tagħna – li fisser tnaqqis ta’ kważi 21% fuq l-2017, hekk kif id-donazzjonjijiet naqsu bi 28.5% u l-akkwist ta’ kotba naqas bi 11.9%.

Fl-2018, il-libreriji raw żieda fil-membri ġodda ta’ 6,266 – żieda ta’ 22.4% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel, b’65.5% minnhom ikunu persuni taħt it-18-il sena.Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ kotba u materjal stampat naqas fl-2018 – bil-valur ta’ kotba importati jkun ta’ €12 il miljun, u dak esportat b’valur ta’ €4.7 miljuni, li jfisser tnaqqis ta’ 9.8% fl-importazzjoni u 13.5% fl-esportazzjoni