Mijiet ta’ għasafar li jinkludu pellikani, fjamingi, ċikonji u ajkli, u li
allegatament ġew importati illegalment lejn Malta mis-Sudan u mill-Eġittu sabiex jinbiegħu Malta, instabu f’diversi lokalitajiet.

Dan wara li lbieraħ, membri mit-taqsima tal-Administrative Law Enforcement flimkien ma’ uffiċjali tal-ERA wettqu diversi spezzjonijiet ġewwa diversi lokalitajiet madwar Malta, fosthom Ħal Kirkop, il-Gudja u Ħal Safi.
Seba’ persuni fosthom mara ġew miżmuma mill-Pulizija għal iktar stħarriġ.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet instabu mijiet ta’ għasafar protetti allegatament importanti illegalment lejn Malta. Madwar ħames mija minn dawn l-għasafar instabu ġewwa razzett f’Ħal Safi.

