Lokali

Norveġiża ta’ 74 sena ssofri ġrieħi wara li ntlaqtet minn karozza

Norveġiza ta’ 74 sena residenti l-Gżira sofriet ġrieħi gravi wara li sfat milquta minn vettura ta’ tip Mini Cooper misjuqa minn mara Ungeriża ta’ 22 sena, residenti tas-Sliema.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.20pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Sir Fredrick C.Ponsonby, Gżira u li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha u dik medika.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-anzjana kienet intlaqtet minn vettura. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.