Lokali Qorti

‘Raver’ li kien f’party’ fir-Rabat mixli li kellu 66 qartas ta’ droga, jinżamm arrestat

Il-Qrati tal-Ġustizzja - Arkivji

Wieħed mill-ħafna persuni li allegatament kellhom x’jaqsmu ma’ traffikar ta’ droga ġie mixli quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke bi traffikar ta’ droga. Ralph Harry Anthony mill-Gran Brittanja qalet il-Prosekuzzjoni nqabad f”party’ li kien qed isir fir-Rabat aktar kmieni dan ix-xahar, b’66 qartas ta’ sustanza bajda.

Il-Pulizija qalet fil-Qorti li dan ir-reat seħħ fil-lejl ta’ bejn il-15 u s-16 ta’ Awwissu li għadda, u li uffiċjali tal-Pulizija qalu li kienu lemħu żewġ irġiel żgħażagħ imdawwrin ma’ grupp ta’ nies.

Meta l-Pulizija bdew jagħmlu tfittxija, ż-żewġt irġiel ħarbu iżda nqabdu ftit tal-ħin wara. Hekk kif kien fil-Qorti u aktar waqt ix-xhieda, Ralph Harry Anthony infaqa’ jibqa’ fl-awla tal-Qorti bil-ġenituri tiegħu wkoll jidhru ferm kommossi.

L-Ispettur Anthony Scerri qal li kien qed jidentifika l-persuna li wettaq ir-reat u li anke rreżista l-arrest. Qal li biex jiġi kkontrollat il-Pulizija ħadet aktar minn ħames minuti. Kompla jgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am u li anke meta beda jiġi mmanettjat l-akkużat baqa’ jirreżisti l-arrest. “Fuq il-persuna tiegħu, eżattament fl-inforra tax-xorts tiegħu, sibna 66 pakkett ta’ sustanza bajda,” kompla jgħid l-Ispettur Scerri.