Sevilla kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva f’La Liga wara li tħabtu biex għelbu lil Granada 1-0 barra minn darhom. Il-gowl rebbieħ wasal fit-52 minuta meta Sevilla fetħu d-difiża avversarja beraħ, b’Luuk De Jong javvanza u wara li kien miżmum parzjalment, ħa vantaġġ Joan Jordan li skorja b’xutt fil-baxx mnn qagħda ideali fil-kaxxa.
Fil-logħba l-oħra, Villarreal sofrew l-ewwel telfa tal-kampjonat wara li kienu megħluba 2-1 minn Levante barra minn darhom. Kien Gerard Moreno li poġġa lil Villarreal minn fuq wara biss tliet minuti meta kompla għal ġewwa wara kross fil-baxx mix-xellug.
Levante ġabu d-draw fit-68 minuta minn Roger Marti. Il-penalty kien mogħti għat-tieni darba wara li Andres Fernandez kien salva l-ewwel xutt iżda kien iġġudikat li ħareġ barra l-linja. Huma skorjaw il-gowl tar-rebħa erba’ minuti wara meta ngħataw it-tieni penalty għal fawl ta’ Fernandez. Roger Marti reġa’ nkariga ruħu u għażel l-istess naħa biex poġġa lil Levante minn fuq.
La Liga
Il-Ġimgħa: Granada v Sevilla 0-1, Levante v Villarreal 2-1
Is-Sibt: Osasuna v Eibar 5.00pm, Real Madrid v Real Valladolid 7.00pm, Getafe v Athletic Bilbao 9.00pm, Celta Vigo v Valencia 9.00pm
Il-Ħadd:Deportivo Alaves v Espanyol 5.00pm, Mallorca v Real Sociedad 5.00pm, Leganes v Atletico Madrid 7.00pm, Barcelona v Real Betis 9.00pm
//= $special ?>