Numru ta’ mediċi Russi li ttrattaw lill-vittmi tar-radjazzjoni wara splużjoni militari fir-reġjun tal-Artiklu ma kellhom l-ebda protezzjoni waqt il-ħidma tagħhom u issa qegħdin jibżgħu li spiċċaw infettati huma wkoll bir-radjazzjoni.
Tnejn fost il-mediċi (li baqgħu anonimi) fl-inħawi ta’ Arkhangelsk żvelaw id-dettalji dwar l-evakwazzjoni tal-vittmi wara l-isplużjoni. Dan wara li ħames inġiniera nukleari kienu mietu, fit-8 ta’ Awwissu, meta magna tal-isotope fuel splodiet fiz-zona ta’ Nyonoksa li sservi bħala ċentru tal-provi.
Indarbu wkoll numru ta’ nies fl-isplużjoni, bil-President Putin jgħid li l-prova kienet tinvolvi sistema ġdida għall-armamenti.
Intant, Moska ftit tat dettalji dwar l-inċident meta aktar kmieni fix-xahar, is-servizz meteoroloġiku tar-Russja, Rosgidromet, żvela li l-livelli tar-radjazzjoni kienu telgħu sittax-il darba ogħla min-normal fil-belt ta’ Severodvinsk, lejn il-lvant ta’ Nyonoksa.
//= $special ?>