Sport Sport Ieħor

Anton Pace jirbaħ f’korsa fl-Iżvezja … Warren Grech jispiċċa r-raba’

Il-ġerrejja taż-żwiemel Anton Pace u Warren Grech ħadu sehem f’tiġrijia ta’ ħbiberija ta’ 2140 metru bejn sewwieqa Maltin u Żvediżi. Din saret fil-korsa ta’ Romme fl-Iżvezja. Anton Pace spiċċa fl-ewwel post biż-żiemel Prinsen One filwaqt li fl-istess tiġrija Warren Grech spiċċa r-raba’ permezz ta’ Jeppas Qurt. Din mhux l-ewwel darba li Grech u Pace pparteċipaw f’tiġrijiet barra minn Malta iżda dan kien l-aħjar riżultat sa issa.