Rapport: Keane Cutajar
BALZAN…………………….2 SLIEMA WANDERERS…………………..1
Balzan: K. Naumovski, A. Kosoric, N. Sljivic (G. Camilleri 81’), S. Bezzina, P. Fenech, A. Effiong, U. Ljubomirac, I. Bozovic, R. Scicluna (M. Johnson 46’), S. Dimic, R. Correa (L. Micallef 65’)
Sliema: J. Galea, M. Sansone, A. Stelitano, K. Shaw, M. Scerri (K. Amehi 81’), J. Pereira, J. Cisotti (R. Fenech 69’), J. Cruz Gill, S. Miloskovic, C. Pani (E. Agius 61’), J. Farrugia
Imwissija: A. Effiong 20’, R. Scicluna 45’, P. Fenech 84’, I. Bozovic 89’ (B) S. Miloskovic 9’, M. Scerri 12’, J. Gill 87’, K. Shaw 90+2’ (S)
Skorjaw: N. Sljivic 25’, S. Dimic 67’ (B) J. Farrugia 85’ (S)
Referee: Matthew Degabriele
Assistenti Referees: Christopher Francalanza, Darko Stankovic
Il-Mument Plejer tal-logħba: Stefan Dimic (Balzan)
BOV Plejer tal-logħba: Aleksandar Kosoric (Balzan)
Attendenza: 488
Balzan komplew fejn ħallew l-istaġun li għadda fejn wara li għalqu l-istaġun bir-rebħ tat-trophy, fetħu l-kampanja l-ġdida tagħhom b’rebħa ta’ 2-1 fuq Sliema Wanderers. Għal kontra ta’ Sliema l-formazzjoni ta’ Balzan ma tantx rat tibdil mill-istaġun li għadda però għall-blues irritorna fit-tmexxija Alfonso Greco.
Tajjeb wieħed jinnota li bħala Team Manager għat-team ta’ Sliema kien hemm l-eks internazzjonali Malta, Alex Muscat, wieħed mill-players li l-aktar qatta’ snin ma’ Sliema, wara li fl-aħħar jiem ħabbar li rtira mill-futbol. In-numru 2 li kien jilbes u anke kien assoċjat ma’ Muscat intlibes miż-żagħżugħ Michele Sansone.
L-ewwel azzjoni marret in-naħa tal-Wanderers, meta Jean Paul Farrugia żmarka lil Jose ‘Cleo’ Pereira li minn pożizzjoni angolata ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mix-xibka minn barra. Fis-17-il minuta Sliema reġgħu resqu viċin meta x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Juri Cisotti għadda bi żbrixx minn mal-lasta ta’ Kristijan Naumovski.
Madanakollu kienu Balzan li fetħu l-iskor fil-25 minuta meta korner ta’ Stefan Dimic għadda minn fuq kulħadd, inkluż il-gowlkiper Jake Galea, filwaqt li mat-tieni lasta kien hemm NENAD SLJIVIC lest biex tefa’ bir-ras f’lasta vojta. Balzan komplew ifittxu t-tieni gowl u fit-38 minuta, mil-lemin, il-captainSteve Bezzina żmarka lill-eks Ricardo Correa li prova fil-baxx iżda sab lil Galea attent li kien pront niżel isalva.
Sliema fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva u kienu perikolużi fil-50 minuta meta Farrugia waqqa’ lura lejn Cisotti li ma tantx seta’ għamel aħjar iżda ra t-tentattiv tiegħu salvat b’mod tajjeb ħafna minn Naumovski. Sekondi wara, Farrugia kellu ċans tad-deheb meta sab spazju vojt quddiemu iżda tawwal il-ballun biex għamilha faċli għal Naumovski li ħareġ iwaqqaf il-periklu. It-tim ta’ Jaques Scerri sab it-tieni gowl fis-67 minuta meta Bozovic daħal tajjeb mil-lemin, krossja fuq l-ewwel lasta u STEFAN DIMIC b’daqqa ta’ ras, mgħejjun mill-mimduda ra l-ballun jidħol wara Galea.
Sliema naqsu d-distakk fil-85 minuta meta minn korner, JEAN PAUL FARRUGIA bir-ras spara fix-xibka. Farrugia ttanta xortih għad-draw ftit wara minn free-kick li iżda kien ċentrali u faċli għal Naumovski. Balzan inagħtaw penalty minuta wara. Alfred Effiong għadda minn ma’ Kurt Shaw b’dan tal-aħħar iniżżel lill-attakant iżda mill-11-il metru Galea kien stupend u salva fuq Effiong. L-iskor baqa’ ma nbidilx.
//= $special ?>