Liverpool u Arsenal se jkunu qed jilagħbu kontra xulxin hekk kif dawn iż-żewġ timijiet huma l-uniċi li rebħu l-ewwel żewġ logħbiet tagħhom. Fl-ewwel żewġ ħarġiet tagħhom Liverpool rebħu kontra Norwich u Sunderland filwaqt li Arsenal rebħu kontra Newcastle u Burnley. Liverpool ġejjin minn rekord pożittiv kontra Arsenal hekk kif fl-aħħar tmien logħbiet kisbu erba’ rebħiet u erba’ draws. Arsenal qed ifittxu li jirbħu l-ewwel tliet logħbiet fil-kampjonat għall-ewwel darba mill-istaġun 2004/05.
Il-manager ta’ Liverpool Jurgen Klopp qal li l-gowlkiper Alisson Becker qed jagħmel progress iżda għadu mhux magħruf jekk hux se jkun tajjeb biżżejjed biex jirritorna. Naby Keita żgur se jkun qed jitlef il-logħba hekk kif għadu qed jirkupra minn uġigħ f’ġenbu. Għal Arsenal, Granit Xhaka u Mesut Ozil irritornaw għat-taħriġ u jistgħu jirritornaw. Fatt interessanti hu li mis-seba’ logħbiet kontra Arsenal fil-Premier League, Jurgen Klopp rebaħ erbgħa u ġie draw tliet logħbiet. L-attakkant ta’ Liverpool Roberto Firmino se jfittex li jsir l-ewwel Brażiljan li jiskorja 50 gowl fil-Premier League.
Manchester United jibdew favoriti li jirritornaw meta f’Old Trafford jilqgħu lil Crystal Palace. Ir-Red Devils ġejjin minn draw kontra Wolves, f’logħba li Paul Pogba spikka mhux ftit. Hu falla l-penalty u qajjem diskussjoni dwar min għandu jagħti l-penalties fit-tim filwaqt li kien abbużat razzjalment waqt il-logħba u llum mistenni jkollu merħba sabiħa f’Old Trafford bħala turija ta’ appoġġ. Crystal Palace jidhru li naqqsu ftit mis-saħħa tas-sena l-oħra u sa issa kisbu punt minn żewġ logħbiet wara draw ta’ 0-0 f’darhom kontra Everton u telfa l-Ħadd li għadda kontra Sheffield United 1-0.
Premier League
Ilbieraħ: Aston Villa v Everton 2-0
Illum: Norwich v Chelsea 1.30pm, Brighton v Southampton 4.00pm, Man United v Crystal Palace 4.00pm, Sheffield United v Leicester 4.00pm, Watford v West Ham 4.00pm, Liverpool v Arsenal 6.30pm
Għada: Bournemouth v Manchester City 3.00pmm, Tottenham v Newcastle 5.30pm, Wolves v Burnley 5.30pm
//= $special ?>