Fl-aħħar jiem, is-Supporters Club ta’ Liverpool f’Għawdex organizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħhom fejn ingħatat ħarsa dettaljata tax-xogħol li sar matul l-aħħar sena filwaqt li ġie diskuss ir-Rapport Amministrattiv.
F’din il-Laqgħa Ġenerali Annwali ġie elett il-kumitat għal dan l-istaġun f’dawn il-karigi. Charlie Farrugia (President), Charles Xuereb (Viċi President), Joseph Vella (Segretarju), Larry Vella (Teżorier), Daniel Borg (PRO), Manuel Grech (Membership Coordinator), Kevin Cassar, Tony Camilleri, Gejtu Zahra, Joel Xuereb (Membri).
//= $special ?>