Ambjent Lokali

Kampanja ta’ tħawwil ta’ siġar fl-Università ta’ Malta

Inizjattiva ambjentali li se tgħin biex ikun hemm it-tħawwil ta’ siġar fil-Campus

“Nixtieq li jkun hemm aktar siġar fl-Università ta’ Malta u għalhekk ġiet imnedija kampanja biex isir tħawwil ta’ siġar fil-Campus Universitarju”.

Dan qalu ma’ Net News, id-Dekan tal-Fakultà tal-Ġid Soċjali, il-Professur Andrew Azzopardi, fejn minn idea tiegħu ħarġet din l-inizjattiva li dawk gradwati u anki dawk studenti jagħtu donazzjoni biex jgħinu fit-tħawwil ta’ aktar siġar.

“L-istudenti diġà bdew jagħtu d-donazzjonijiet, u nixtiequ li d-dawn is-siġar, jitħawlu mhux biss fil-Campus iżda wkoll f’lokalitajiet diversi”

Huwa qal li l-Università ta’ Malta dejjem ħadmet biex jgħin lill-istudenti kollha, għalhekk huwa xieraq biex dawn jagħtu lura, mhux lill-Università iżda lill-komunità.


Il-Professur Andrew Azzopardi

Azzopardi qal li għalissa hemm konkorenza tajba minn numru ta’ persuni u dan huwa ta’ aħbar sabiħa għall-Università ta’ Malta, u iżda ma qatax qalbu u mill-ġdid appella lill-istudenti u gradwati biex jgħinu f’din il-każwa ġusta b’risq l-ambjent Malti.