Futbol Sport

Lewandowski jiskorja tripletta fir-rebħa ta’ Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

Robert Lewandowkski kompla l-bidu pożittiv tiegħu f’dan l-istaġun meta skorja tripletta u għen lil Bayern Munich jiksbu rebħa ta’ 3-0 kontra Schalke, b’Philippe Coutinho jagħmel id-debutt fit-tieni taqsima.

Il-Pollakk ta’ 31 sena skorja l-ewwel gowl fl-20 minuta minn penalty u żied ieħor ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima bi free-kick mill-isbaħ. Hu skorja d-disa’ tripletta fil-Bundesliga kwarta mit-tmiem.

It-tieni gowl tal-attakkant deher li seta’ qajjem lil Schalke li dehru aħjar u anki appellaw għal penalty meta l-ballun deher jaħbat ma’ id l-akkwist il-ġdid Ivan Perisic. Iżda Lewandowski għalaq il-logħba wara li kkontrolla f’tarf il-kaxxa u skorja bi preċiżjoni.

Bundesliga

Il-Ġimgħa: Cologne v Borussia Dortmund 1-3

Is-Sibt: Mainz v B. Monchengladbach 1-3, Augsburg v Union Berlin 1-1, Fortuna Dusseldorf v B. Leverkusen 1-3, Paderborn v Freiburg 1-3, Hoffenheim v Werder Bremen 3-2, Schalke v Bayern Munich 0-3

Il-Ħadd: Leipzig v Eintracht Frankfurt 3.30pm, Hertha Berlin v Wolfsburg 6.00pm