Għaddejjin l-aħħar tħejjijiet bi preparazzjoni għall-konferenza annwali tal-Malta Model United Nations, fejn grupp żgħażagħ jiltaqgħu f’konferenza internazzjonali biex jiddiskutu diversi temi attwali fuq medda ta’ tlett ijiem.
NET News tkellem ma’ Nicole Spiteri, membru tal-Eżekuttiv responsabbli mir-Relazzjonijiet Pubbliċi, li spjegat it-tema ta’ din is-sena.
Il-parteċipanti se jkunu qed jitqassmu f’kumitati differenti, li jitkellmu dwar suġġetti bħall-Ambjent, l-Affarijiet Barranin u saħansitra anke l-Cryptocurrencies.
Il-Malta Model United Nations qed jorganizza wkoll għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ li jippreparaw lill-parteċipanti Maltin għall-konferenza.
Din l-esperjenza unika se tkun qed tagħti l-opportunità lil bosta biex isemmgħu leħinhom u jitħarrġu fid-diskussjoni ta’ temi li jolqtu lid-dinja tagħna.
Is-sessjonijiet se jsiru f’postijiet prestiġjużi, fosthom fl-Ambaxxata Amerikana u fil-Parlament Malti.
Għall-konferenza mistennija jattendu wkoll għexieren ta’ parteċipanti minn barra pajjiżna, li jgħinu biex id-diskussjoni tkun aktar elaborata u b’ideat li joriġinaw minn pajjiżi differenti.
//= $special ?>