Festi Lokali

Monument ġdid ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq

Kulmin ikun dieħel iż-Żurrieq, ma jistax ma jitfax għajnejh fuq il-monument il-ġdid ta’ Santa Katarina.

Hekk kif ninsabu ftit jiem ‘il bogħod mill-Festa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq, il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Santa Katarina inawguraw monument bid-deheb.

NET News tkellem mal-Viċi President tas-Soċjetà Mużikali, Josef Cachia, li spjega kif ġiet l-idea għal dan il-monument.

Minn hemm, il-membri kollha tas-Soċjetà Mużikali ltaqgħu flimkien biex jibdew jaħdmu fuq din il-xewqa ta’ ħafna.

Meta qablu fuq l-idea, intagħżel id-diżinjatur Jeremy Cachia biex jibda jaħdem fuq id-diżinn tal-pedestall tal-irħam, fost materjal ieħor.

Jeremy kompla jgħidilna bil-ħidma li saret biex fl-aħħar mill-aħħar beda jinħadem dan il-monument.

Hu kompla jispjega x-xogħol li sar, din id-darba min-naħa tiegħu.

Monument li kien jinvolvi ħafna esperti, fosthom ukoll id-diżinjatur Adonai Camilleri Cauchi u l-induratur Francis Xuereb biex fl-aħħar mill-aħħar għandhom monument isebbaħ ir-raħal.

Ritratti: Matthew Tabone