Futbol Sport

Real Madrid miżmuma f’darhom b’gowl lejn it-tmiem

(Ritratt: EPA)

Real Madrid kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 f’darhom minn Real Valladolid fl-ewwel logħba fi Stadio Santiago Bernabeu f’dan l-istaġun. Karim Benzema deher li seta’ jiskorja l-gowl tar-rebħa meta skorja gowl meritat fit-82 minuta. Il-Franċiż ikkontrolla ballun dahru lejn il-lasta u skorja fuq it-tieni lasta.

Aktar kmieni Luka Jovic kellu opportunità li jiskorja l-ewwel gowl tiegħu mal-Madrileni iżda d-daqqa ta’ ras ħabtet mal-lasta. Valladolid ftit offrew okkażjonijiet fl-attakk iżda ġabu d-draw fit-88 minuta meta l-eks Barcelona Sergi Guardiola għadda l-ballun minn taħt saqajn Thibaut Courtois wara kontrattakk veloċi.

La Liga

Il-Ġimgħa: Granada v Sevilla 0-1, Levante v Villarreal 2-1

Is-Sibt:Osasuna v Eibar 0-0, Real Madrid v Real Valladolid 1-1, Getafe v A. Bilbao 1-1, Celta Vigo v Valencia 1-0

Il-Ħadd: Deportivo Alaves v Espanyol 5.00pm, Mallorca v Real Sociedad 5.00pm, Leganes v Atletico Madrid 7.00pm, Barcelona v Real Betis 9.00pm