Sport Sport Ieħor

Riżultat diżappuntanti għal Charles Camilleri fir-raba’ tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Charles Camilleri kellu riżultat diżappuntanti fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer fi Franza waqt ir-raba’ tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran. Camilleri temm fl-aħħar post fost ħames sewwieqa parteċipanti.

Wara li l-parteċipanta Russa kkawżat false start, Camilleri reġa’ kellu tluq tajjeb bid-debba Anna du Perre minkejja li kellu n-numru 11. Ftit wara t-tluq, iż-żiemel ta’ quddiem deher jiżbalja u Camilleri prova jmur fuq quddiem, iżda d-debba kellha ftit diffikultà, bil-konsegwenza li d-debba qelbet il-pass u bdiet ittellaq bil-galopp.

Camilleri għamel mill-aħjar biex iżommha fit-tellieqa u ttellaq bit-trott iżda kien jinsab fuq wara tal-grupp. Lejn it-tmiem Anna du Perre dehret għajjiena u ma setgħetx tispiċċa ma’ ta’ quddiem.

Il-filmat tat-tiġrijia tinsab f’dan il-linkhttps://www.pmu.fr/turf/live-et-replay/?num-reunion=6&num-course=5&date-fr=23082019