Kull min iddeċieda li jmur jiekol ġewwa restaurant partikolari, kellu l-opportunità li jqatta’ ftit ħin jisma’ kantanti u bands varji … u dan għal għan nobbli.
Il-federazzjoni Junior Chamber International Malta (JCI Malta) ingħaqdu mal-grupp Survivors Malta biex tellaw attività bi promozzjoni għal kabina tal-annimali domestiċi ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Iżda biex tispjegalna iktar dwar x’inhi eżatti din il-kabina, Net News tkellem ma’ Rachel Cassar, membru fi ħdan il-federazzjoni.
Dan biex ġewwa r-restaurant Hard Rock Cafe f’Baystreet saret maratona ta’ 12-il siegħa minn diversi artisti, b’dawk li jattendu kienu mħeġġa biex jgħatu donazzjoni żgħira favur din l-inizzjattiva.
Membru ieħor fi ħdan l-istess federazzjoni, Nicole Borg qaltilna li biex issir din l-inizzjattiva tal-kabina, hemm diversi spejjeż.
Ritratti: Martin Agius
Matul il-ġurnata kollha, diversi persuni kienu qed jaġġornaw il-paġna ta’ Facebook biex ixandru l-attività li saret filwaqt li dawk li ma kellhomx jattendu jistaw jgħatu donazzjoni. Dan biex il-pazjenti li jkunu qiegħdin l-Isptar Mater Dei għal tul ta’ żmien, ikunu jistaw jiltaqgħu mal-annimali domestiċi tagħhom filwaqt li tgħati l-possibilità għat-terapija tal-annimali.
Fl-aħħar ġimgħat kienet tlestiet il-pjanta tal-kabina u diġa’ bdiet tinbena biex fix-xhur li ġejjin tiġi inawgurata u tgħati spażju għal dawk li għaddejjin minn trawma relatata mas-saħħa.
Ritratti: Rachel Cassar
//= $special ?>