Festi Lokali

Melodija waħda fil-Mellieħa

Hekk kif tirfes fuq l-għatba tal-Għaqda Korali u Orkestrali Marija Bambina fil-Mellieħa, tisma’ melodija waħda ta’ orċestra u kor.

Bħalissa diversi bandisti u membri tal-kor jinsabu għaddejjin minn preparamenti biex fl-ewwel ta’ Settembru jgħatu spettaklu lil Melleħin.

Iżda biex jgħidilna iktar bil-preparazzjonijiet li saru, Net News iltaqa’ mas-surmast tal-Għaqda, Michael Bonanno.

L-orċestra se tkun qed iddoqq diversi siltiet varji, fosthom minn films magħrufa, u Queens.

Madanakollu, l-attivitajiet ma jsirux biss f’din il-ġurnata, iżda iktar għaqdiet se jkunu qiegħdin jgħatu spettaklu fil-jiem ta’ wara ġewwa l-pjazza tal-Mellieħa.

Tkellimna wkoll mal-President tal-Għaqda, Joseph Debono fejn ħadem ma’ diversi persuni matul is-sena kollha biex jittellaw diversi attivitajiet.

Joseph Debono kompla jgħid li l-attivitajiet se jkunu mqassmin fuq diversi ġranet.

Dan biex b’hekk dawn l-attivitajiet jilħqu il-qofol tagħhom fit-8 ta’ Settembru.

Ritratti: Martin Agius