Talanqas ħames persuni tilfu ħajjithom meta ħelikopter u ajruplan żgħir ħabtu ma’ xulxin fuq il-belt ta’ Mallorca.
L-inċident seħħ qrib il-gżira turistika ta’ Inca, ‘il hinn mill-kosta ta’ Spanja, bl-ewwel rapporti jgħidu li talanqas vittma waħda kellha taħt it-18-il sena.
Jidher li talanqas tliet passiġġieri — koppja u minorenni — kienu qed jivvjaġġaw flimkien fil-ħelikopter. Il-vittmi l-oħra kienu fl-ajruplan, tat-tip ultralight u li għandu spazju għal żewġ persuni biss.
Il-Gvern tal-Gżejjer Baleariċi, li jinkorporaw il-belt ta’ Mallorca, ikkonferma l-imwiet, bl-iskwadri għall-emerġenza jintbagħtu fiz-zoni fejn spiċċaw il-fdalijiet tal-ħelikopter u l-ajruplan, fost l-investigazzjonijiet attwali.
//= $special ?>