Żagħżugħ barrani ta’ 15-il sena weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vettura matul il-lejl li għadda. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1a.m. fi Triq Sant’ Andrija f’San Ġiljan.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-vittma, li hu residenti San Ġiljan stess, kien qed jaqsam it-triq meta għal xi raġuni, intlaqat minn vettura tal-għamla Toyota Corsa misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn iktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>