’Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, qal li ċ-ċansijiet ta’ ftehim dwar il-Brexit mal-Unjoni Ewropea huma possibbli għalkemm fadal element qawwi ta’ inċertezza. Dan wara li hu, qabel, kien fisser il-probabbiltajiet ta’ ‘no-deal Brexit’ bħala ‘miljun għal waħda’.
Meta tkellem waqt intervista wara l-kwinti tas-summit tal-G7 fi Franza, Johnson tenna li ftehim jiddependi ‘minn sħab ir-Renju Unit fil-UE’ u meta mhux esklużi li dan il-ftehim jintlaħaq. Intant, il-Prim Ministru Britanniku – li qal kemm il-darba li pajjiżu se joħroġ mill-UE fl-aħħar ta’ Ottubru – enfasizza l-importanza ‘li r-Renju Unit ikun lest xorta waħda għal sitwazzjoni fejn kapaċi jispiċċa mill-Unjoni mingħajr ftehim’.
Johnson ammetta wkoll li kapaċi jinqalgħu id-diffikultajiet ‘li mhumiex previsti’ f’din il-fażi – u meta qed tqarreb id-data tal-31 ta’ Ottubru.
Sadanittant, hu jemmen li fl-aħħar jiem, ‘l-uffiċjali fi Brussell u l-ibliet kapitali l-oħrajn tal-Ewropa qegħdin jirrealizzaw it-tip tal-problema li tinvolvi lir-Renju Unit.’
Fl-istess ħin, Boris Johnson qal li hu ‘ottimist’ u jaħseb li l-UE tifhem ‘li teżisti l-opportunità għal ftehim ma’ Londra’.
//= $special ?>