Lokali

Ferut wara li karozza daħlet f’xarabank

Għall-ħabta tat-3pm, il-Pulizija kienu msejjħa fil-Blata l-Bajda fejn seħħ inċident bejn karozza tal-linja u vettura privata.

Net News hu nfurmat li fil-ħabta kien hemm passiġġier li sofra ġrieħi ħfief.

Fil-post issejħet ukoll ambulanza u membri tas-CPD.

Dan l-inċident ikkawża traffiku kbir fiz-zona.

Ritratt: Haykel Mansour