Il-President Franċiż Emmanuel Macron qal li l-mexxejja tal-G7 jinsabu viċin li jilħqu ftehim dwar kif ser jipprovdu għajnuna biex tiġi miġġielda l-problema tan-nirien li qed jaħkmu l-foresta tal-Amażonja.
Il-mexxeja tar-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Ġappun, il-Ġermanja, Franza, l-Kanada u l-Italja qed jiddiskutu l-għajnuna kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell finanzjarju. Macron qal li hemm konverġenza dwar kif ser jiġu mgħejjuna l-pajjiżi milquta minn dawn in-nirien.
Intant, Bolsonaro, il-President tal-Brażil issa, qed jaġixxi b’mod differenti għal kollox meta qabel hu kien akkużat dwar politika li inkoraġġiet il-qerda tal-foresti u l-artijiet naturali biex isir l-ispazju għall-proġetti tal-iżvilupp.
Infatti numru ta’ pajjiżi heddew li jieħdu miżuri kontra l-ekonomija tal-Brażil f’każ li l-Gvern Brażiljan ma jidhirx li qed jagħmel sforzi konkreti biex jindirizza l-kriżi tal-Amażonja.
Id-diskussjoni bejn il-mexxejja tal-G7 se tkompli llum bit-tama li jilħqu ftehim mill-aktar fis.
//= $special ?>