Dak li kellu jkun il-legat tal-Valletta 2018, u ċioè tal-Belt Kapitali tagħna bħala Belt Kapitali Ewropea, spiċċa bħala binja rappreżentattriċi tal-inkompetenza tal-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici. Filwaqt li l-Ministru Bonnici u l-Prim Ministru fil-ftuħ tal-MUZA kienu stqarrew li l-mużew kien rigal lil Malta u lill-Maltin, l-inkompetenza taghhom fis-settur tal-kultura u l-arroganza politika qegħdet f’periklu teżori nazzjonali u qegħda tirredikolana fis-settur kulturali Ewropew.
Dan intqal fi stqarrija tal-PN maħruġa mid-deputat Therese Comodini Cachia.
Filwaqt li l-Ministru Bonnici jiftaħar bis-sistema li tikkontrolla l-arja fil-MUZA li ġiet installata fl-istess muzew, huwa jkompli jinjora l-pariri ta’ esperti li kemm-il darba wissewh dwar ir-riskji li kien qed ipoġġi fihom parti mil-kollezzjoni artistika nazzjonali. Sa dalgħodu stess fil-MUZA wieħed seta’ jara xogħlijiet strutturali li għadhom qegħdin isiru fl-istess struttura, nkluż tqegħid ta’ travi tal-ħadid, xhieda tax-xogħol li ghad fadal xi jsir fil-mużew minkejja li dan infetaħ għall-pubbliku.

Filwaqt li l-esperti fis-settur tal-kultura ma jemmnux l-iskuzi tal-Ministeru, u ċioè li din hija biss xi dehra ta’ moffa żgħira li wieħed jista’ jistenna, huma jtennu li din il-kwisjtoni hija konsegwenza tad-deċiżjoni tal-Ministru Bonnici li jinjora l-pariri teknici sabiex jissodisfa pjanijiet politiċi.
L-Oppożizzjoni għalhekk titlob garanziji mingħand il-Ministru Bonnici li ma saret l-ebda ħsara lil dik l-arti li diġà tneħħiet mill-MUZA u anke lil dawk il-pitturi u skulturi li għadhom jinsabu fil-MUZA. Tistieden lill-Ministru Bonnici jgħid il-verità dwar dak li ghad jonqos isir fil-muzew Muza.
//= $special ?>