Lokali

Il-Viċi Prim Ministru jistaħba wara Edward Scicluna

Il-familji Maltin qed ikunu ffaċċjata b’żiedet fil-prezzijiet ta’ affarijiet bażiċi fosthom il-ħalib, il-fuel u l-mediċina – bil-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat donnu ma jimpurtahx minn dan kollu.

Saqsejna lill-Viċi Prim Ministru Chris Fearne dwar kemm se tkun iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-Baġit li jmiss….izda hu naqas mill-jwieġeb il-mistoqsija ta’ dan l-istazzjon u ma qalx kemm se tkun din iż-żieda.

Net News prova jagħmel l-istess domanda lill-Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona… iżda hu baqa’ dieħel fil-karozza tiegħu u ħarab mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Dan minkejja li l-membri tal-media staqsew lil Uffiċjal tal-Komunikazzjoni tiegħu u hi ripetutament ikkonfermat li Cardona se jagħti kummenti lill-ġurnalisti.

Minn statistika tal-NSO ħareġ car illi kważi 79,000 persuna f’Malta jinsabu f’riskju ta’ faqar…. ħaddiema, familji u anzjani li mhux ilaħħqu bil-pagi taghhom sal-aħħar tax-xahar. L-istess jista’ jinghad ghal mijjiet ta’ pensjonanti.

Ic-cifri tal-NSO kienu hargu ftit tal-jiem biss wara li għola l-prezz tal-fuel, il-ħalib u l-posta fost oħrajn. Jidher biċ-ċar li fid-dawl ta’ dan, il-Gvern m’għandux pjan għal dawk l-aktar vulnerabli, bil-Partit Nazzjonalista jsostni li l-Gvern tilef il-boxla soċjali tiegħu.

Statistika allarmanti li ħarġet mill-Indici tal-Faqar turi li hemm madwar 36 elf ruħ li m’għandhom biżżejed flus biex iżommu d-dar tagħhom sħuna fix-xitwa, 27 elf ruħ li ma jaffordjawx jieklu laħam, tiġieġ, ħut jew ħaxix u 12-il elf ruħ li mhux jibqgħalhom biżżejed flus fl-aħħar tax-xahar biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma kif ukoll loans tal-bank.