Lokali

Jitlef il-kontroll tal-quad bike u jinqaleb

Sewwieq tilef il-kontroll tal-quad bike u nqaleb fis-Sannat Għawdex għall-ħabta tal-11.20am.

L-inċident seħħ fi Triq Sannat meta l-Franċiż ta’ 24 sena residenti tas-Sliema tilef il-kontroll. Miegħu kellu passiġġiera, Franċiża ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Franċiżi l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-Franċiża ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta natura gravi filwaqt li l-ġrieħi tal-Franċiż għadhom pendenti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.