Sport Sport Ieħor

Kerber eliminata fl-ewwel rawnd tal-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

L-eks numru wieħed tad-dinja Angelique Kerber sofriet eliminazzjoni bikrija mill-Open tal-Istati Uniti. Ir-rebbieħ tal-2016 kienet megħluba fi New York 7-5, 0-6, 6-4 mill-Franċiża Kristina Mladenovic. B’hekk kompliet is-serja negattiva tal-Ġermaniża fil-Grand Slams. Fl-Open tal-Awstralja kienet eliminata fir-raba’ rawnd, fl-ewwel rawnd tal-Open ta’ Franza u fit-tieni rawnd ta’ Wimbledon.

Is-sid numru tnejn tad-dinja Ashleigh Barty għaddiet għat-tieni rawnd anki jekk kellha tirkupra minn set minn taħt. Hi għelbet lil Zarina Diyas tal-Każakistan 1-6, 6-3, 6-2 u fir-rawnd li jmiss tilgħab kontra Lauren Davis. Karolina Pliskova kkwalifikat ukoll b’rebħa kontra Tereza Martincova. Pliskova li tilfet il-finali kontra Kerber fl-2016, rebħiet 7-6, 7-6 f’logħba li t-tennisti kisru s-service 12-il darba. Fir-rawnd li jmiss tilgħab kontra Mariam Bolkvadze.