Iċ-champions lokali Luxol Futsal waslu fil-belt kiesħa ta’ Tromsø fin-Norveġja hekk kif matul din il-ġimgħa jkunu impenjati fir-Rawnd Preliminari tal-UEFA Futsal Champions League bi tliet logħbiet minn Grupp F.
Il-kowċ Gabriel Dobre għamel evalwazzjoni tal-kundizzjoni fiżika tal-iskwadra ta’ 20 plejer wara vjaġġ twil. Il-kontinġent Malti ħalla pajjiżna fis-2.00 ta’ filgħodu għall-kapitali tal-Latvja Riga fejn kellhom mistrieħ żgħir, qabel telqu lejn il-kapitali Norveġiża Oslo u minn hemm bdew vjaġġ ieħor lejn Tromsø.
Għada t-tim Malti se jkun qed jitħarreġ fit- Tromsøhallen Arena, lejliet l-ewwel impenn kontra ċ-champions ta’ San Marino FC Fiorentino logħba li tibda fil-5.00pm ħin ta’ Malta.
L-iskwadra ta’ Luxol
Gowlkipers: 1. Kenneth Rakvaag, 13. Stefan Vella, 15. Dragan Obradovic
Difensuri: 3. Celino Alves, 4. Kemmu Degran Jackson, 5. Nicola Del Re, 8. Gian Carlo Sammut, 12. Leanderson Sant’Anna Coriolano, 14. Marrwan Telisi, 16. Gabriel Dobre, 18. Carl Azzopardi, 19. Emil Andrei Raducu,
Attakkanti: 2. Dejan Bizjak, 6. Everton Veve, 7. Matthew Attard, 9. Mark Zammit, 10. Maicon Da Silva, 11. Andy Mangion, 17. Zvezdan Vukovic, 23. Aidan Micallef
Il-logħob ta’ Luxol
L-Erbgħa 28 ta’ Awwissu: Luxol v Fiorentino 5.00pm
Il-Ħamis 29 ta’ Awwissu: Dinamo Chisinau v Luxol 5.00pm
Is-Sibt 31 ta’ Awwissu: Sjarmtrollan v Luxol 1.30pm
//= $special ?>