Lokali

Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur

Arkivji

Tfajla ta’ 22 sena min-Naxxar sofriet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku. Hija kienet passiġġiera fuq mutur ma’ raġel ta’ 36 sena mill-Floriana.

L-inċident seħħ ilbieraħ bil-lejl għall-ħabta tal-11:00 fi Triq Elija Zammit f’San Ġiljan.

Skont kelliema għall-pulizija, għal xi raġuni l-mutur baqa’ dieħel fuq karozza pparkjata mal-ġenb tat-triq.

Kemm is-sewwieq kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard l-mara ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.