Ritratt li bgħatulna l-qarrejja tagħna juri xena li kull ma jmur qed issir komuni fil-Floriana, din id-darba qrib l-uffiċini ta’ Transport Malta.
Din ix-xena tkompli tikkonferma statistika tal-NSO li 78,685 persuna jinsabu f’riskju ta’ faqar, rata ta’ 16.8% tal-popolazzjoni li tinsab f’riskju ta’ faqar, numri li juru żieda mill-aħħar stħarriġ.
Dan biex wieħed ma jsemmix ukoll l-113,238 persuna li jinsabu f’riskju ta’ faqar meta tinkludi benefiċji bħal penzjoni.
Jidher li l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-RIU huma konxji b’din il-problema, iżda mhux ilaħħqu mad-domanda kbira li qed ikun hemm.
Diversi Supretendenti qed jitolbu aktar riżorsi u aktar kuntistabbli sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi soċjali ġodda, inkluż dawk ta’ persuni reqdin barra fit-triq, bil-problema ta’ nuqqas ta’ pulizija tinħass fl-inħawi tal-Floriana.
Fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew, NET News irraporta wkoll diversi stejjer reali ta’ nies li mhux biss qed jgħixu f’riskju ta’ faqar, iżda li saħansitra spiċċaw jgħixu fil-faqar u xi kultant saħansitra mingħajr saqaf fuq rashom.
//= $special ?>