Tabiba Olandiża tressqet il-qorti wara li konkludiet proċess tal-ewtanasja ( mewta assistita) fuq pazjenta li kienet qed tbati bid-demenzja akuta.
Il-prosekuturi qed jgħidu li t-tabiba – illum irtirata u li ma kenitx identifikata mill-istampa – ma għamlitx biżżejjed biex tivverivika l-kunsens f’dan il-każ, li hu l-ewwel wieħed ta’ dan it-tip mindu l-Olanda legalizzat l-ewtanasja fl-2002.
Il-pazjenta, li kellha 74 sena, kienet qed issofri mill-marda Alzheimer’s meta mietet fl-2016. Qed ikun allegat li t-tabiba kienet tat il-mediċina lill-pazjenta biex traqqadha u, imbagħad, talbet lill-qraba tal-anzjana biex ‘iżommuha ‘l isfel’ waqt li hi tatha mediċina oħra biex tikkawżalha l-mewt.
Il-prosekuturi qed jgħidu li l-pazjenta ‘uriet sinjali ta’ reżistenza’ waqt il-proċess, meta t-tabiba qed tirribatti li hi ‘aġixxiet bil-livell xieraq ta’ kawtela’.
Sadanittant, il-prosekuturi sostnew li mhumiex jinsistu biex it-tabiba teħel il-ħabs iżda jridu jiċċaraw kif il-liġi tal-ewtanasja tapplika għall-pazjenti li qegħdin ibatu bid-demenzja.
Hu minnu li l-qraba tal-pazjenta inkwistjoni qegħdin jappoġġjaw lit-tabiba f’dan il-każ.
//= $special ?>