Lokali

BIL-FILMAT: L-aħħar tislima lil Jean Paul Bonett

Uża ħajtu biex jara lil ħaddieħor jieħu gost – bil-Karnival u b’sehmu bħala reffiegħ fil-Festa ta’ San Gejtanu. Għax b’saħħa u b’dedikazzjoni, ma żammx għalih biss it-talenti li l-Mulej żejnu bihom.

Kliem Dun Walter Cauchi, l-Arċipriet tal-Knisja tal-Ħamrun iddedikata lil San Gejtanu, waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy.

Ta’ 45 sena mill-Ħamrun, hu tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk elettriku f’maħżen tal-Karnival. Hu kien qed jagħmel xi xogħol bi tħejjija għall-Karnival tas-Sajf, li kellu jsir fi tmiem il-ġimgħa li għadda iżda li mbagħad tħassar minħabba dan l-inċident.

Prezenti ghall-funeral, ghexieren ta’ dilettanti tal-Karnival – hbieb illi ghadhom sal-lum ixxukjati bil-mewt tac-Chippy, illi kien ragel mahbub minn kulhadd.