Lokali

Imut wara 10 ijiem fl-ITU

Miet iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena li għaxart’ijiem ilu ddaħħal l-isptar f’qagħda kritika.

Iż-żagħżugħ x’aktarx li kien ipprova jaqbeż minn fuq dgħajsa għall-baħar u ħabat rasu, f’inċident li kien seħħ għall-ħabta tas-6am fil-ġimgħa ta’ Santa Marija.

Iż-żagħżugħ ittella’ l-art u ttieħed l-isptar Mater Dei fejn mal-ewwel kien ġie ċċertifikat li kien f’qagħda gravi. Il-pulizija fi stqarrija qalet li ż-żagħżugħ miet illum.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace filwaqt li l-pulizija qed tkompli tinvestiga.