Id-darbtejn rebbieħ Olimpiku David Rudisha kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Kenja. Rudisha li għandu r-rekord dinji fit-800 metru, kien qed isuq SUVfil-highway bejn Nairobi u Kisumu meta nfaqa’ tyre u l-karozza ħabtet ma’ wiċċ xarabank.
Rudisha kien imdewwi għal injuries żgħar u l-pulizija kkonfermat li ma kienx hemm fatalitajiet fl-inċident. Wara l-inċident, l-atleta ta’ 30 sena rringrazzja lil Alla ta’ dak li sejjaħ rigal li baqa’ ħaj. Il-ħabta seħħet madwar l-10.30 ħin tal-Kenja hekk kif Rudisha kien qed fi triqtu lejn daru f’Kilgoris. Il-Kap tal-Pulizija ta’ Keroka qal li Rudisha ma sofra l-ebda ksur u tħalla jmur id-dar u jistrieħ.
Il-Kenjan ilu ma jikkompeti mil-laqgħa tax-Shanghai Diamond League f’Mejju ta’ sentejn ilu minħabba problemi kontinwi f’daharhu u l-irkoppa. Hu rappurtat li beda jitħarreġ ħafif bl-għan li jiddefendi t-titlu fl-Olimpjadi tas-sena d-dieħla f’Tokyo. Hu għandu wild card biex jipparteċipa fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika f’Doha x-xahar id-dieħel iżda mhux mistenni li jikkompeti fil-provi nazzjonali f’Nairobi li se jsiru bejn it-12 u t-13 ta’ Settembru.
//= $special ?>