Illum it-tim nazzjonali tan-nisa ħalla pajjiżna lejn id-Danimarka għall-ewwel impenji kontra d-Danimarka u l-Bożnija. Malta tibda l-impenji fi Grupp B kontra d-Danimarka l-Ħamis, bit-tieni konfront kontra l-Bożnija jintlagħab fit-3 ta’ Settembru. It-timijiet l-oħra fil-grupp huma l-Georgia, l-Italja u l-Iżrael.
Fl-iskwadra msejħa mill-kowċ nazzjonali Mark Gatt, hemm ħames plejers li jilagħbu barra minn Malta. Dawn huma l-gowlkiper Anna Vincenti, Nicole Sciberras, Rachel Cuschieri, Martina Borg u Maria Farrugia.It-tim Malti ilu jitħarreġ b’mod regolari għal dawn l-aħħar xahrejn u aktar kmieni din is-sena n-nisa Maltin ħadu sehem fit-Tazza Aphrodite f’Ċipru kif ukoll kellhom kamp ta’ taħriġ fir-Rumanija.
L-iskwadra Maltija
Gowlkipers: Lynn Borg (Mġarr United), Anna Vincenti (Motherwell) Janice Xuereb (Birkirkara)
Difensuri: Stephania Farrugia (Birkirkara), Ann-Marie Said (Birkirkara), Nicole Sciberras (Juventus), Alishia Sultana (Birkirkara), Jasmine Vella Turner (Mġarr United), Charlene Zammit (Swieqi United)
Midfielders: Brenda Borg (Mġarr United), Rachel Cuschieri (PSV Vrouwen), Jade Flask (Swieqi United), Veronique Mifsud (Birkirkara), Dorianne Theuma (Hibernians), Claudette Xuereb (Mġarr United), Emma Xuereb (Swieqi United), Shona Zammit (Swieqi United)
Attakkanti: Martina Borg (Sassari Torres), Ylenia Carabott (Birkirkara), Maria Farrugia (Sunderland)
//= $special ?>