Futbol Sport

Iweġġgħu Mbappe u Cavani; jistgħu jitilfu l-ewwel logħba taċ-Champions League

L-attakkanti Kylian Mbappe u Edinson Cavani se jitilfu l-erba’ ġimgħat u t-tliet ġimgħat li ġejjin rispettivament wara li weġġgħu fir-rebħa ta’ Paris Saint-Germain fuq Toulouse. PSG kellhom bidu negattiv wara li tilfu 2-1 kontra Rennes fit-tieni logħba tal-kampjonat, iżda rritornaw għar-rebħ wara rebħa ta’ 4-0 il-Ħadd filgħaxija.

Neymar għadu ma lagħbx f’dan l-istaġun fost inċertezza dwar il-futur tal-Brażiljan. L-attakkant qed jissemma li jista’ jirritorna fi Spanja hekk kif Barcelona u Real Madrid jidher li huma interessati fis-servizzi tiegħu.

B’hekk ifisser li Cavani u Mbappe se jitilfu l-logħbiet tal-kampjonat ta’ PSG kontra Metz, Strasbourg u Olympique Lyon iżda jistgħu jirritornaw biex jilagħbu kontra Reims fil-25 ta’ Settembru.

Il-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League tibda fis-17 u t-18 ta’ Settembru u għalhekk teżisti possibbiltà li t-tnejn jistgħu jitilfu l-konfront.

Tags