Futbol Sport

Javi Gracia se jibqa’ manager ta’ Watford għalissa

(Ritratt: Premier League)

Il-futur ta’ Javi Gracia jidher li sa issa mhux f’diskussjoni hekk kif is-sidien ta’ Watford ma jidhirx li huma lesti li jagħmlu bidla fit-tmexxija teknika. Watford sofrew telfa ta’ 3-1 f’darhom kontra West Ham, telfa li ħalliet lilhom mingħajr punt fil-Premier League wara tliet logħbiet.

Wara li tilfu l-aħħar erba’ logħbiet tal-istaġun li għadda fosthom it-telfa kbira ta’ 6-0 fil-finali tal-FA Cup kontra Manchester City, b’hekk Gracia issa tilef l-aħħar seba’ logħbiet konsekuttivi.

Gracia ffirma kuntratt ta’ erba’ snin u nofs f’Novembru li għadda u qed jittama li t-tim jista’ jibni l-kunfidenza billi jegħleb lil Coventry fit-tieni rawnd tal-League Cup. Il-familja Pozzo li huma s-sidien tal-klabb jemmnu li l-Ispanjol ta’ 49 sena għadu l-aħjar persuna li jmexxi lit-tim.

Tags