Lokali

Mutur involut f’inċident ieħor tat-traffiku

Għall-ħabta tad-8:40am, seħħ inċident bejn vettura u mutur fi Triq il-Merill, Ħad Dingli.

Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jidher li fuq il-post issejħet ambulanza u uffiċċjali tal-pulizija.

Il-vettura tat-tip Renault Captur kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Ħad Dingli filwaqt li l-mutu tat-tip Yamaha kien misjuq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Mosta.

Għalkemm is-sewwieq tal-vettura ma ġarrab l-ebda ġrieħi, is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.