Futbol Sport

Red Star Belgrade, Dinamo Zagreb u Olympiacos fil-gruppi tal-UEFA Champions League

(Ritratt: EPA)

Red Star Belgrade kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League għat-tieni staġun konsekuttiv wara draw f’darhom ta’ 1-1 kontra Young Boys biex għaddew biż-żewġ gowls li skorjaw fl-Iżvizzera. Magħhom ingħaqdu Dinamo Zagreb u Olympiacos. Aleksa Vukanovic poġġa lil Red Star minn fuq fid-59 minuta iżda awto-gowl ta’ El Fardou Ben Nabouhane fit-82 minuta ħalla l-logħba inċerta sal-aħħar.

Fin-Norveġja, il-gowl ta’ Babajide David wara 11-il minuta fetaħ tamiet ġodda lil Rosenborg biex javvanzaw iżda Amer Gojak serraħ ras Dinamo Zagreb b’gowl fil-71 minuta.

Olympiacos kienu prattikament ċerti mill-kwalifikazzjoni wara rebħa ta’ 4-0 fl-ewwel logħba. Daniil Utkin fetaħ l-iskor favur Krasnodar iżda minuta wara Youssef El Aarabi, bl-istess plejer jerġa’ jiskorja fit-48 minuta.

UEFA CHAMPIONS LEAGUEIlbieraħ

Krasnodar v Olympiacos 1-2(Olympiacos għaddew b’agg ta’ 6-2)

Red Star Belgrade v Young Boys 1-1 (Red Star Belgrade għaddew b’agg ta’ 3-3)

Rosenborg v Dinamo Zagreb  1-1 (Dinamo Zagreb għaddew b’agg ta’ 3-1)

L-Erbgħa: Ajax v APOEL (0-0), Club Brugge v LASK (1-0), S. Praga v Cluj (1-0)

Il-logħbiet jibdew fid-9.00pm