L-Irlandiż Sam Bennett temm bi sprint perfetta biex rebaħ it-tielet stadju tal-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ La Vuelta. Bennett għeleb l-isfida ta’ Edward Theuns u Luka Mezgec biex kiseb l-ewwel stadju tiegħu f’La Vuelta u r-raba’ wieħed fit-Tours il-kbar. Nicolas Roche żamm il-flokk l-aħmar u baqa’ żewġ sekondi vantaġġ fuq ir-rebbieħ tal-2016 Nairo Quintana. Sean Kelly hu l-uniku rebbieħ Irlandiża ta’ La Vuelta wara li kien rebaħ fl-1988.
F’din l-edizzjoni hemm ċiklisti ta’ livell bħal Chris Froome, Geraint Thomas, ir-rebbieħ tat-Tour de France Egan Bernal, ir-rebbieħ tal-Giro d’Italia Richard Carapaz u r-rebbieħ tas-sena l-oħra Simon Yates li kollha mhux qed jieħdu sehem. L-istadju tal-lum hu minn Cullera lejn El Puig b’distanza ta’ 175.5km. La Vuelta li fih 21 stadju, jintemm f’Madrid fil-15 ta’ Settembru.
Kif spiċċaw it-tielet stadju: 1. Sam Bennett (4:25.02), 2. Edward Theuns, 3. Luka Mezgec, 4. Jon Aberasturi, 5. Phil Bauhaus, 6. Maximiliano Richeze, 7. Fabio Jakobsen, 8. Cyril Barthe, 9. Szymon Sajnok, 10. Clement Venturini
Klassifika Ġenerali: 1. Nicolas Roche (9:51.14), 2. Nairo Quintana (+0.02), 3. Rigoberto Uran (+0.08), 4. Mikel Nieve (+0.22), 5. Miguel Angel Lopez (+0.33), 6. Primoz Roglic (+0.35), 7. Sergio Garcia (+0.37), 8. Wilco Kelderman (+0.38), 9. Davide Formolo (+0.46), 10. Rafal Majka (+0.46)
//= $special ?>