Il-klabbs tal-Premier League fl-Ingilterra mistennija x-xahar id-dieħel jiddiskutu l-possibbiltà li jkun hemm bidla fid-data tal-għeluq tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Din is-sena s-suq tat-trasferimenti għalaq fis-6.00pm fit-8 ta’ Awwissu, ġurnata biss qabel l-ewwel logħba tal-kampjonat il-ġdid.
Il-klabbs huma mistennija jiltaqgħu fit-12 ta’ Settembru għal diskussjoni ta’ rutina iżda huma mistennija jiddiskutu din il-kwistjoni. Sa issa għadu m’hemmx ħsieb li jkun hemm vot formali, bl-aktar ċans li jittieħed vot ikun f’Novembru jew is-sena d-dieħla.
Fl-2017, Manchester City, Manchester United, Crystal Palace, Watford u Swansea kienu vvutaw kontra d-dati preżenti tas-suq tat-trasferimenti, b’14-il klabb jivvutaw favur filwaqt li Burnley astjenew. Taħt ir-regoli preżenti, tal-anqas 11-il klabb iridu jkunu favur biex ir-regola tinbidel.
Uħud qed isostnu li l-Ingilterra tinsab fi żvantaġġ b’rispett mal-kampjonati l-oħra l-kbar hekk kif madwar l-Ewropa s-suq tat-trasferimenti jagħlaq fit-2 ta’ Settembru li ġej. Managers bħal Mauricio Pochettino u Jurgen Klopp għamluha ċara li jridu li titneħħa din ir-regola.
//= $special ?>