Lokali Qorti

WARA R-RAID F’BUĠIBBA: Jitressaq raġel mill-Gambja fuq pusses aggravat ta’ kannabis

Raġel ta’ 39 sena mill-Gambja baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Josette Demicolo b’pusses aggravat ta’ kannabis. Kinteh Bakaary li għandu karta tal-identità Taljana, huwa wieħed mill-145 immigrant li nqabdu nhar it-Tnejn f’binja delapidata f’Buġibba, dik li darba kienet il-lukanda Paloma.

Bakaary ġie mixli li kellu fil-pusses tiegħu d-droga kannabis kif ukoll ir-reżina tagħha. B’kollox allegatament instabu 30 gramma ta’ din id-droga li nstabet f’powċ, grazzi wkoll għall-ħidma kkordinata mill-Ispettur Godwin Scerri li ressaq ir-raġel il-Qorti.

Huwa mifhum li l-akkuat kien aġent u ‘salesman’ u allegatament kien iqassam din id-droga lil ħafna mill-immigranti li kien hemm fil-binja delapidata. Baakaary kien mar L-Italja bl-ajruplan biex b’xi mod wara spiċċa Malta.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkui miġjubin kontrih, bl-Avukat tiegħu, dak tal-għajnuna legali Victor Bugeja ma jagħmilx talba għal libertà proviorja anke peress li bħalissa m’għandux residenza fissa. Minn fost l-emigranti kollha kien ir-raġel mill-Gambja biss li nqabad bid-droga u li bħal sħabu ma kellux permess ta’ residenza biex jgħix Malta.