Sport Sport Ieħor

Williams tegħleb faċilment lil Sharapova fl-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Serena Williams għamlet ritorn pożittiv fl-Open tal-Istati Uniti meta għelbet faċilment lil Maria Sharapova 6-1, 6-1 f’logħba li damet 59 minuta. Sena ilu, Williams kellha finali kontroversjali kontra Naomi Osaka meta għajret lill-umpire fost l-oħrajn giddieb.

Iżda l-atmosfera għat-tennista ta’ 37 sena kienet differenti hekk kif għelbet lir-Russa għad-19-il darba konsekuttiva. Serena Williams għadha qed tfittex li tilħaq ir-rekord ta’ 24 Grand Slam li jfisser ukoll l-ewwel wieħed minn meta welldet sentejn ilu. Fit-tieni rawnd tilgab kontra Catherine McNally.