Futbol Sport

Zach Muscat se jkompli l-karriera fil-Portugall

Il-futur tad-difensur internazzjonali Malti Zach Muscat se jkun fil-Portugall hekk kif ingħaqad mat-tim tat-Tielet Diviżjoni SC Olhanense. Replay żvela li Muscat inħall mill-kuntratt li kellu ma’ US Pistoiese u se jkun qed jiffirma l-kuntratt mal-istess klabb li diġà kien b’self miegħu f’Jannar li għadda. It-trasferiment mistenni jsir uffiċjali din il-ġimgħa.

Prodott ta’ Pietà Hotspurs, Muscat ingħaqad ma’ Birkirkara fl-2012. F’Jannar tal-2016 hu lagħab għall-ewwel darba barra l-pajjiż ma’ Akragas u fl-istaġun ta’ wara ngħaqad ma’ Arezzo. Mal-klabb Taljan għamel magħhom sentejn u għenhom isalvaw mir-relegazzjoni minkejja d-diffikultajiet finanzjarji. Hu kien ingħaqad ma’ Pistoiese fis-sajf li għadda u ffirma kuntratt ta’ sentejn.