Lokali

Anzjan isofri minn ġrieħi gravi

Anzjana ta’ 84 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ f’Ta’ Xbieb.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ wara nofsinhar fi Triq Abate Rigord hekk kif ir-raġel, residenti l-Ħamrun ġie milqut minn vettura misjuqa minn mara ta’ 27 sena, residenti Marsaskala.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan l-Isptar Mater Dei għal kura fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddej.