Kultura Lokali

Dramm relevanti għas-soċjetà tal-lum

A Step Forward… dramm interessanti li ser ikun qed isir fit-Teatru Manoel fit-30 u 31 t’Awwissu.

Ritratt: Martin Agius

A Step Forward hija preżentazzjoni li ġġib żewġ drammi flimkien f’wieħed;

Pass lejn ix-Xellug: Dramm partikulari u relevanti ħafna għas-soċjetà tal-lum… f’dinja fejn kulħadd qed jitħabat maż-żmien u qed jipprova jlaħħaq ma’ listi li ma jispiċċaw qatt. Għalhekk, insejna niffukaw fuq il-bżonnijiet bażiċi l-aktar importanti tal-bniedem.. Id-drittijiet umani tagħna.

Pass lejn il-Lemin: Dramm dwar Joan of Arc li kienet kkundannata għall-mewt mingħajr ebda servizz reliġjuż. Il-gwardja barra ċ-ċellula tal-ħabs tagħha tissimpatizza u tirranġa biex tirċievi l-aħħar riti. Dan wassal biex karattri jitilfu l-libertà tagħhom minħabba l-verità li jemmnu fiha.

Ritratt: Martin Agius

Dan id-dram ser ikun qed jittella fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta fi 30 u 31 t’Awwissu.

L-attriċi prinċipali tkellmet ma’ Net News